Il-Protezzjoni Ċivili flimkien mal-Pulizija u anke tim mediku mill-Isptar Mater Dei qed iwettqu evakwazzjoni ta’ numru ta’ persuni wara li nirien ħakmu appartament f’Tas-Sliema.
Jidher li ftit tal-ħin ilu, l-uffiċjali ssejjħu sabiex jagħtu l-għajnuna tagħhom u jikontrollaw nirien li ħakmu appartament biżwit Tigne Point.
Skont kelliem għall-Pulizija ma jidhirx li hemm persuni li huma maqbuda f’dan l-appartament, bil-persuni jiġu evakwati għall-fini ta’ sikurezza.
//= $special ?>