“Fiż-żmien meta kont Ministru jien qatt ma kien hemm din it-tip ta’ nefqa”.
Kienet din id-dikjarazzjoni tal-eks Ministru Laburista Clayton Bartolo, meta mistoqsi dwar l-infieq ta’ miljuni ta’ ewro fil-Mediterrane Film Festival ta’ din is-sena.
Fejn mingħajr ma kkundanna n-nefqa tal-miljuni ta’ ewro fil-Film Festival – f’botta mhux daqstant sottili ddikjara li fi żmien it-tmexxija tiegħu f’dan is-settur ma kienx hemm din it-tip ta’ nefqa.
Fl-aħħar ġimgħat, il-faxxa estremista tal-Labour kompliet bl-attakki kontra l-Ministru responsabbli minn dan is-settur Owen Bonnici.
B’Neville Gafa jallega illi l-ġimgħa tal-Mediterrane Film Festival kienet ġimgħa mimlija dnubijiet ħorox fejn allegatament kien hemm orġji u anke konsum ta’ trab abjad…..b’din il-ġimgħa – skont Neville Gafa – tiswa 14-il miljun ewro.
Kien għalhekk li NetNews staqsa lil numru ta’ Segretarji Parlamentari u anke Ministri dwar l-allegazzjonijiet ta’ Neville Gafa dwar nefqa eżorbitanti ta’ 14-il miljun ewro…b’dawn ma jiċħdux din in-nefqa minn but il-poplu Malti u Għawdxi.
Kien anke l-esponent tal-Labour Jason Micallef, li ddikjara pubblikament li bil-flus li ntefqu fil-Film Festival hu kien jagħmel żewġ edizzjonijiet tal-Isle of MTV u 20 spettaklu fil-Belt Valletta lejliet l-ewwel tas-sena.
Fl-aħħar snin, il-Kummissarju tal-Films Johann Grech kien iċ-ċentru ta’ numru ta’ kontroversji fis-settur tiegħu, fejn huwa magħruf għan-nefqiet eżorbitanti minn flus il-poplu f’avvenimenti relatati mas-settur tal-films.
Fejn saħanistra, s-sena li għaddiet, kien saħaq li l-festival tal-2024 ġie jiswa 3.9 miljun ewro. Iżda wara l-insistenza mill-midja u mill-Kumitat tal-Kontijiet Pubbliċi sar magħruf li l-festival kien ġie jiswa 1.1 miljun ewro aktar.
//= $special ?>