Il-Papa Leo XIV ikkundanna ‘il-barbariżmu’ tal-gwerra fil-Medda ta’ Gaza u fejn irriserva kritika speċjali ‘għall-użu indiskriminattiv tal-forza fit-territorji’.
Dan fost ir-rapporti dwar il-massakri ġodda tal-Palestinjani, b’aktar minn 70 oħra jinqatlu, illum, mill-isparar waqt li huma kienu qed jistennew għall-ikel quddiem iċ-ċentri tal-għajnuna f’Gaza.
Il-Ministeru tas-Saħħa f’Gaza qal li l-aħħar vittmi nqatlu fil-lokalitajiet differenti – fil-parti kbira lejn l-inħawi tat-Tramuntana.
L-istess Ministeru qal li għexieren tal-vittmi rriżultaw mill-isparar tal-Iżraeljani waqt li huma kienu qed jistennew il-wasla tat-trakkijiet tan-Nazzjonijiet Uniti mgħobbijin bl-għajnuna…Trakkijiet li kienu qed jaqsmu lejn Gaza minn Iżrael mill-aċċess ta’ Zikim.
L-isptarijiet f’Gaza, intant, qed ikomplu jirċievu l-għexieren tal-Palestinjani midruba – bil-militar Iżraeljan isostni li s-suldati, fl-aħħar sigħat, ‘sparaw fid-direzzjoni tal-eluf tal-Palestinjani ( f’zona lejn it-Tramuntana ta’ Gaza) li dehru bħala theddida imminenti.’
L-Iżraeljani qed jgħidu wkoll li r-rapporti dwar il-vittmi viċin iċ-ċentri għad-distribuzzjoni tal-ikel qed ikunu ‘eżaġerati biex jissodisfaw l-aġenda ta’ uħud’.
//= $special ?>