Sport Sport Ieħor

Iktar midalji mirbuħa mill-kontinġent Malti fil-75 edizzjoni tal-Logħob tal-FISEC

Ġurnata oħra ta’ riżultati pożittivi u rebħ ta’ midalja mill-kontingent Malti fil-75 Edizzjoni tal-Logħob tal-FISEC li qed isir f’Budapest l-Ungerija. Fl-Atletika : Midalja tad-deheb għal Thea Paris fil-200 metru filwaqt li midalja tad-deheb mirbuħa fl-400 metru minn Nick Bonett. Fil-200 metru Andrea Grech kiseb il-midalja tal-fidda. Fis-Swedish Relay tal-atletika, Malta rebħet midalja tad-deheb permezz ta’ Cheziane Debattista, Andrea Grech, Carey Spiteri, Nick Bonett f’2 minuti 26.20 sekondi f’ħin rekord għal Logħob tal-FISEC u rekord nazzjonali fil-kategoriji ta’ Taħt it-18 ; 20 u 23 sena . Malta b’hekk rebħet is- Steve Sanderson Award.
Fl-Għawm it-tim Malti tal-bniet temm fit-tieni posizzjoni filwaqt li dak tas-subien temm fit-tielet post. Fil-Baslketball it-tim tan-nisa rebaħ l-unur tal-Fair Play filwaqt li l-istess unur intrebaħ fl-għawm fejn it-trofew kien ippreżentat lil kowċ Edward Caruana Dingli.