Lokali

Il-kittieb rinomat Sergio Grech maħtur President tal-Akkademja tal-Malti

Il-kittieb rinomat Sergio Grech ġie ufffiċjalment maħtur President tal-Akkeademja tal-Malti.

Grech twieled iż-Żejtun fl-1975 u studja l-Istorja fl-Università ta’ Malta. Hu kiseb id-dottorat fl-Istudji Maltin fl-2022 u fis-sena 2004, ippubblika l-bijografija ta’ Patri Feliċjan Bilocca ‘Ħajtu u Żminijietu 1914-1987’.

Intant fl-2010, ħareġ ir-rumanz ‘Il-Lejl tal-Irġulija’. Sergio Grech huwa wkoll l-editur tas-sensiela ‘Bejn Storja u Miti’ b’kotba fost l-oħrajn fuq Duminku Mintoff, Herbert Ganado, Trevor Żahra, Mabel Strickland, Giovanni Bonello, Anton Buttigieg, Eddie Fenech Adami u Fr Hilary Tagliaferro.