Talanqas 20 mietu b’konsegwenza tal-għargħar u l-valangi tal-art li rriżultaw minn ġranet ta’ xita qawwija f’dan il-pajjiż. Dan fost il-biża’ li ċ-ċifra tal-vittmi tiżdied waqt l-isforzi tal-awtoritajiet biex isalvaw lin-nies li spiċċaw f’sitwazzjoni ddisprata.
Bħalissa hemm numru mhux determinat ta’ nieqsa, bl-awtoritajiet responsabbli mill-kontroll tal-emerġenzi jsostnu li l-belt ta’Gapyeong – resort popolari –spiċċat, fil-parti kbira, koperta bit-tajn, fost l-impatt tal-għargħar.
Intant, villaġġ sħiħ lejn in-nofsinar tal-pajjiż spiċċa mgħotti bil-ħamrija u d-debris wara valanga tal-art fir-reġjun ta’ Chungcheong….Fil-fatt, l-akbar qerda kienet irrappurtata fin-naħat t’isfel tal-Korea ta’ Fuq u fejn hemm ukoll numru ta’ residenti nieqsa.
Fl-istess ħin, eluf ta’ toroq u bini ġarrbu l-ħsarat jew sfaw mgħarrqin – b’aktar minn 10,000 jabbanduaw djarhom madwar ir-reġjun mindu bdew il-ħalbiet tax-xita qawwija f’nofs il-ġimgħa.
//= $special ?>