Iċ-champions tal-futbol Malti mhux biss saru l-ewwel tim Malti li kkwalifika għat-tieni rawnd ta’ kwalifikazzjoni tal-UEFA Champions League, pero għamlu dan billi kisru r-rekord tan-numru ta’ penalties li ngħataw f’ partita taċ-Champions League hekk kif għelbu lil FK Zalgiris wara 28 penalty, bl-iskor finali jkun 11-10.

Il-mument li Ħamrun Spartans ikkwalikfaw għar-rawnd li jmiss (Ritratt: Joseph Galea)
L-Ispartans jikkwlafikaw għat-tieni rawnd wara li kienu kapaċi jdawru l-iżvantaġġ ta’ 2-0 miksub fl-ewwel leg kontra ċ-champions tal-Litwanja.
Wara żewġ penalties falluta, iż-żewġ timijiet kienu fi draw ta’ 4-4 u l-għoti tal-penalties tkompliet. Iż-żewġ goalkeepers, Henry Bonello ta’ Ħamrun Spartans u Carlos Olses ta’ Zalgirirs skorjaw il-penalties tagħhhom.

Iż-żewġ goalkeepers skorjaw il-penalties tagħhom (Ritratt: Joseph Galea)
Il-midfielder ta’ Zalgiris Ebenezer Ofori falla l-penalty kruċjali tiegħu, filwaqt li Jovan Cadenovic jiskorja biex jagħti l-vantaġġ finali ta’ 11-10.
Henry Bonello, il-goalkeeper ta’ 36 sena għal darb’oħra jkun strumentali waqt l-għoti tal-penalties, hekk kif salva żewġ penalties, kif ukoll ikkonverta l-penalty tiegħu.

Wieħed mis-saves kruċjali tal-goalkeeper Henry Bonello (Ritratt: Joseph Galea)
Madankollu, fatt interessanti huwa li minkejja li dan ir-rawnd tal-għoti tal-penalties huwa l-ikbar wieħed li sar fil-UEFA Champions League, ir-rawnd tal-għoti tal-penalties bejn Glentoran u Gżira United f’Lulju tal-2023, fejn dakinhar il-Maroons ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 14-13.
Nittamaw li dawn ir-rekords ikomplu jitkissru, u t-timijiet Maltin ikomplu jkunu r-rebbieħa tagħhom!
//= $special ?>