F’kummenti li ta lil Net News, il-kowċ ta’ Ħamrun Spartans Giacomo Modica kkumenta fuq il-partita ta’ Ħamrun Spartans kontra FK Zalgirirs, fejn l-Ispartans għaddew għar-rawnd li jmiss wara l-għoti tal-penalties. Ħamrun Spartans irnexxielhom jiskorjaw żewġ gowls fl-ewwel taqsima permezz ta’ Thioune u Mbong biex marru għal ħin barrani u rebħu bil-penalties bl-iskor ta’ 11-10.
Fl-ewwel kumment tiegħu huwa qal li kien importanti għall-andament tal-partita li l-Ispartans jiskorjaw kmieni u jibqgħu reżiljenti u jżommu l-vantaġġ matul il-partita, anke bl-għajnuna ta’ ftit fortuna.
Huwa faħħar lill-plejers tiegħu u qal li fil-180 minuta logħob, l-Ispartans kien ħaqqhom iżjed li jikkwalifikaw għat-tieni rawnd ta’ kwalifikazzjoni tal-UEFA Champions League, u jsiru l-ewwel tim Malti li rnexxielhu jgħaddu sa dan l-istadju.

Joseph Mbong jiftaħ l-iskor fit-tieni leg kontra FK Zalgiris wara 35 minuta (Ritratt: Joseph Galea)
Mistoqsi fuq id-differenza bejn l-ewwel leg u t-tieni leg kontra FK Zalgiris, Modica qal li l-unika differenza kienet li fit-tieni leg il-Ħamruniżi kellhom iżjed motivazzjoni li jsibu x-xibka. Modica anke faħħar lill-avversarji, u qal li l-Ħamruniżi kienu fi żvantaġġ sa mill-ewwel minuta hekk kif FK Zalgiris diġa lagħbu 12-il partita mill-kampjonat, waqt li Ħamrun Spartans lagħbu biss partita ta’ ħbiberija waħda kontra Birkirkara. Jitkellem iżjed fuq l-ewwel leg, Modica kkummenta li t-tim ma kienx determinanti biżejjed u sofra żewġ gowls li setgħu jiġu evitati.

Ritratt: Joseph Galea
Modica kien ukoll mistoqsi fuq il-konfront li jmiss, dak kontra d-Dynamo Kyiv, ir-rebbieħ tal-Ukrainian Premier League, kif ukoll tim li kkompetta fil-UEFA Europa League l-istaġun li għadda. Huwa qabbel il-konfront mall-istorja tal-qattus u l-ġurdien. It-Taljan ammetta li hemm diskrepanza fil-kwalità, madankollu kompla jżid li jemmen fit-tim tiegħu u fil-futbol kull partita għanda storja. Huwa tkellem fuq il-moral u fuq il-fiżika tat-tim tiegħu, u kif dawn jistgħu jkunu elementi li jiffavorixxu lil-Ħamruniżi f’dan il-konfront storiku.
//= $special ?>