Lokali Qorti

Niġerjan jinżamm arrestat wara li ġie akkużat li seraq

Niġerjan ta’ 48 sena residenti l-Marsa wieġeb mhux ħati li seraq kartiera bil-flus.

Kien it-18 ta’ Lulju għall-ħabta ta’ l-għaxra u l-ħdax ta’ filgħodu fi Triq San Ġorġ f’Santa Venera, meta l-akkużat seraq kartiera u flus b’valur totali ta’ madwar €1,500. Il-vittma għamel rapport fl-għassa tal-Ħamrun u spjega li l-kartiera nstabet f’sit ta’ kostruzzjoni f’Santa Venera.

Evidentmanet jidher li l-akkużat kien jaħdem mal-vitma u qal li mar għand il-vittma jitlob li jitħallas għal xi xogħol li kien għamel lill-vittma.

Għalkemm l-avukat tad-difiża talab li l-akkużat jinħareġ fuq bail, il-prosekuzzjoni oġġezzjonat minħabba nuqqas ta’ provi u l-possibiltà li jaħrab mill-pajjiż.

Il-Maġistrat Joseph Gatt ordna li l-imputat jinżamm arrestat.