Fil-Kampjonati tad-Dinja tal-għawm artistiku, fil-World Aquatics f’Singapore, fid-duet Ana Culic u Thea Grima Buttigieg fit-Technical event saru l-ewwel għawwiema Maltin li qatt hadu sehem fuq livell mondjali.
Kellhom l-aqwa riżultat possibbli b’titjib notevoli f’dik li hija eżekuzzjoni u mod sinkronizzat fejn kisbu skor storiku għall-isport Malti dak ta’ 214.5317 . Dan huwa 15 il-punt aktar mill-ftuħ tal-istagun u tmien punti aktar minn dak miksub fit-Tazza tad-Dinja f’Mejju li għadda. Ana Culic u Thea Grima Buttigieg temmew fit-30 post li huwa titjib ta’ ħames postijiet fuq l-aħħar Kampjonati tad-Dinja.
Zea Montfort fis- Solo Technical event kisbet 206.2883 punti li huwa titjib ta’ 5 punti fuq ir-riżultat miksub fil-Kampjonati tal-Ewropa taż-Żgħażagħ ix-xahar li għadda. Riżultat mill-aqwa jekk wieħed iqis li fil-bidu tal-istaġun Zea Montfort bdiet b’puntegg ta’ 176.9416 li huwa titjib ta’ 30 punt. Fil-free event Zea Montfort kisbet puntegg ta’ 180.4982 li huwa titjib ta’ 40 punt fuq l-aħħar wirja tagħha f’Parigi. Riżultat li permezz tiegħu temmet fl-20 post fil-klassifika ġenerali.
Riżultati tajbin għal Malta fil-Kampjonati tad-Dinja tal-għawm artistiku
