Filwaqt li llum hija t-tieni ġurnata ta’ mistrieħ fil-112-il-edizzjoni tat-Tour de France, il-15 il-stadju kien fuq medda ta’ 169.3 kilometri bejn Muret u Carcassonne. Suċċess għal Tim Wellens tal-Belġju għal Uae Team Emirates li għamel id-distanza fi 3 sigħat 34 minuta 9 sekondi li kien distakk vantaġġ ta’ minuta u 28 sekonda fuq Victor Campemaerts tal-Belġju għal Team Visma Lease a Bike. Fit-tielet post temm Julian Alaphilippe ta’ Franza għal Tudor Pro Cycling Team b’distakk minn Wellens ta’ minuta u 36 sekonda.
Fil-klassifika ġenerali wara li saru 15-il stadji, fl-ewwel post fl-ewwel post baqa’ s-Sloven Tadej Pogacar għal UAE Team Emirates b’total ta’ 54 siegħa 20 minuta u 44 sekonda fejn fetaħ vantaġġ ta’ 4 minuti u 13-il sekonda fuq Jonas Vingegaard tad-Danimarka għal Team Visma Lease a Bike u disatakk ta’ 7 minuti u 53 sekonda fuq il-Ġermaniż Florian Lipowitz għal Red Bull. Bora Hans Groche b’distakk minn Tadej Pogacar ta’ 7 minuti u 53 sekonda.
Fir-raba’ post b’distakk ta’ 9 minuti u 18-il sekonda tela’ l-Britanniku Oscar Onley għal Team Picnic Post. Għada t-Tour de France jitkompla fir-rotta bejn Montpellier u Mont Ventoux fuq distanza ta’ 171.5 kilometri.
//= $special ?>