Is-Sibt waranofsinhar, għall-ħabta tan-nofs siegħa, żagħżugħ ta’ 16 sena residenti l-Imtarfa ttieħed l-Isptar Mater Dei għax weġġa’ bi ġrieħi gravi f’inċident fi Triq il-Buqana, ir-Rabat.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li ż-żagħżugħ kien qiegħed isuq rota, tilef il-kontroll u ħabat ma’
ħajt.
Huwa ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li bi
ġrieħi serji.
Il-Maġsitrat Antoine Agius Bonnici ħatar inkjesta, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>