Lokali Parlament

649 inċident fiż-Żejtun u f’Wied il-Għajn

In-numru ta’ inċidenti tat-traffiku li seħħew fiż-Żejtun u f’Wied il-Għajn matul is-sena li għaddiet kien jammonta għal 649 – 425 inċident fiż-Żejtun u 224 f’Wied il-Għajn.

Informazzjoni dwar l-inċidenti tat-traffiku li seħħew fiż-Żejtun is-sena li għaddiet tqiegħdet fil-Parlament mill-Ministru Byron Camilleri meta wieġeb mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Camelo Mifsud Bonnici.

Jirriżulta li mill-425 inċident fiż-Żejtun, 71 kienu indirizzati mill-Pulizija u 354 mil-LESA.

Mill-ammont ta’ inċidenti f’Wied il-Għajn, 32 kienu indirizzati mill-Pilizija u 212-il każ minn uffuċjali tal-LESA.