Lokali

Id-dejn tal-Università ta’ Malta jilħaq it-€23.2 miljun wara nuqqas ta’ investiment mill-Gvern

€23.2 miljun.

Dan huwa l-ammont ta’ dejn li għandha l-Università ta’ Malta, u li ġie kkonfermat mill-Ministru għall-Edukazzjoni Clifton Grima.

Għal dawn l-aħħar snin l-Università ta’ Malta affaċċjat numru ta’ diffikultajiet frott in-nuqqas ta’ investiment mill-Gvern Laburista. Biex issa, l-Università ta’ Malta għandha dejn li jlaħħaq it-23.2 miljun ewro.

Lura fl-2022, l-Università ta’ Malta sofriet telf ta’ aktar minn miljun ewro wara li l-Gvern iddeċieda li jwettaq “cost-cutting excercise” minn taħt il-ġenerazzjoni futura ta’ pajjiżna. Bir-rettur Alfred Vella jiddikjara li t-telf għall-Università jammonta għal bejn 3 u 5 miljun ewro meta tikkunsidra żieda fil-pagi u responsabbiltajiet oħra li għandha l-Università – deċiżjoni li waslet għal rabja kbira fost l-istudenti, il-letturi u anke numru ta’ organizzazzjonijiet studenteski.

Din is-saga ma waqfitx hawn. Hekk kif fl-2024, kien il-Ministru Clyde Caruana li kellu kliem mill-aktar aħrax fil-konfront tal-Università ta’ Malta fejn iddikjara li qabżitlu, bil-Ministru jattakka l-Università u jgħid li għandha xxammar il-klmem u tara minn fejn se tiġġenera dħul finanzjarju

Kien imbagħad April ta’ din is-sena, meta l-Università kienet sfurzata tnaqqas il-units għall-istudenti minħabba n-nuqqas ta’ investiment tal-Gvern ta’ Robert Abela.

Permezz ta’ email interna li bagħtet l-Università fil-vaganzi tal-Għid, kien ikkonfermat li l-Università mhux se tkun qed timpjega aktar letturi fuq bażi part-time biex jgħallmu l-elective units – sakemm ma jkunux parti minn programm li huwa compulsory.

Dan il-pass, kien sfurzat li jittieħed mill-Università wara li l-Gvern tal-Labour naqas milli jinvesti fl-edukazzjoni tal-poplu Malti u Għawdxi… deċiżjoni li ħalliet lil bosta letturi u anke studenti rrabbjati hekk kif il-Gvern għażel li jnaqqas il-fondi mill-futur taż-żagħżagħ ta’ pajjiżna.

Bid-dejn tal-Univeristà issa jilħaq aktar minn 20 miljun ewro.