Lokali Parlament

Il-priġunieri fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin jammontaw għal 745 persuna

Kważi nofshom huma barranin

Il-priġunieri li hemm fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin bħalissa hu ta’ 745 persuna li minnhom 685 huma rġiel u 60 huma nisa.

Kważi nofshom huma Maltin (362) filwaqt li persuni oħra ġejjin minn diversi pajjiżi fosthom mill-Afghanistan, Albania, Alġeria, Belgium, Bosnia, Brażil, Renju Unit, Bulgaria, Burkina Faso, Kanada, Cape Verde, Chad, Chile, Ċina, Colombia, Kroazja, Repubblika Ċeka, Denmark, Repubblika Domenikana, L-Olanda, Ekwador, Eġittu, Eritrea, Etjopia, Filippini, Franza, Gambia, Georgia, Ġermanja, Ghana, Greċja, Guinea-Bissau, Guinea, Ungerija, Indja, Irlanda, Italja, Kosta tal-Avorju, Kuwajt, Liberia, Libya, Macedonia, Madagaskar, Malasja, Mali, Moldova, Marokk, Nepal, Nigeria, Niger, Norweġja, Pakistan, Palestina, Panama, Peru, Polonja, Portugal, Romania, Senegal, Serbia, Seychelle, Slovakia, Slovenia, Somalia, Spanja, Sudan, Syria, Togo, Tunisia, Turkija, Uganda, l-Ukrajna, l-Użbekistan,Venezwela.

Jirriżulta wkoll li mill-2013 sal-lum, saru tmien tmien żjarat minn Maġistrati. Dawn kienu tlieta fl-2019, tnejn fl-2020, tnejn fl-2021, u waħda fl-2024.

Din l-informazzjoni ngħatat mill-Ministru Byron Camilleri għal mistoqsijiet tad-Deputat Nazzjonalista Graziella Attard Previ.

Minn diversi mistoqsijiet parlamentari jirriżulta wkollminn tweġibiet għal mistoqsijiet tad-Deputat Nazzjonalista Graziella Attard Previ, li fis-sena 2024, il-Bord ta’ Monitoraġġ fi ħdan il-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin iltaqa’ għaxar darbiet.

ll-laqgħat tal-Bord ta’ Monitoraġġ dejjem isiru fil-Faċilità ta’ Kordin. Diversi żjarat saru mill-membri, waħda minnhom kienet f’diversi diviżjonijiet f’Kordin stess. Saret ukoll żjara fis-Centre of Residential Restorative Services (CoRRs) u saret żjara oħra fit-taqsima tal-Forensika, f’Ħ’Attard.

Sadattant, il-Ministru qal li l-informazzjoni qed tinġabar dwar jekk isirx xi forma ta’ rapport annwali mill-Bord ta’ Monitoraġġ fi ħdan il-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin u jekk iva, jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar rapport annwali.