Matul tmiem il-ġimgħa li għaddiet, il-Korp tal-Pulizija kompla b’investigazzjoniji intensiva fil-komunitajiet, b’mod partikolari f’żoni ta’ divertiment bħal San Ġiljan, Paceville, Swieqi, Pembroke u San Ġwann.
Il-ħidma kienet immirata, fost l-oħrajn, sabiex ikun assigurat li l-ħwienet qegħdin joperaw b’konformità mal-liġi li tipprojbixxi l-bejgħ ta’ xorb alkoħoliku minn supermarkets u ħwienet tal-merċa wara d-disgħa ta’ filgħaxija.
Waqt dawn l-ispezzjonijiet, il-Pulizija sabet ħames ħwienet f’San Ġiljan ibiegħu xorb alkoħoliku wara d-disgħa ta’ filgħaxija u għaldaqstant ġew infurmati li se jinħarġu l-akkużi fil-konfront tagħhom.
F’każ separat, ristorant instab jopera mingħajr persuna responsabbli fuq il-post, kif rikjest bil-liġi, u għaldaqstant, dan l-istabbiliment ġie magħluq immedjatament.
Spezzjonijiet oħrajn saru ma’ storbju u ksur tal-paċi pubbliku, parkeġġ illegali, sewqan perikoluż, mużika tgħajjat, rimi ta’ skart u bejgħ ta’ sustanzi illegali.
//= $special ?>