Lokali

In-nefqa tal-Film Festival: “Arroganza, kulħadd jitħanżer”

Untitled design - 1

“Ħokkli dahri ħalli nħokk tiegħek” “Kulħadd jitħanżer”

Kienu dawn ftit mill-baraxx ta’ kummenti tal-pubbliku fil-konfront tal-Gvern Laburista wara n-nefqa ta’ miljuni ta’ ewro fuq il-Film Festival li sar fl-aħħar ta’ Ġunju ta’ din is-sena.

Fl-aħħar ġimgħat kien allegat illi l-Mediterrane Film Festival ġie jiswa 14-il miljun ewro minn flus il-poplu Malti u Għawdxi, b’din l-ispiża tqajjem kontroversja sħiħa fil-pajjiż fost id-dnubijiet ħorox li allegatament saru matul il-ġimgħa tal-film festival.

B’bosta jesprimu d-diżappunt tagħhom għall-fatt li saret drawwa li l-Gvern jonfoq il-miljuni ta’ ewro fuq avvenimenti extravaganti meta hawn familji li lanqas qed ilaħħqu sal-aħħar tax-xahar sabiex jgħajjxu lill-uliedhom.

NetNews staqsa lill-Ministru u Segretarji Parlamentari dwar din in-nefqa, b’uħud minnhom jibqgħu deħlin jiġru fil-Parlament u oħrajn jgħidu li ma jafux dwar din in-nefqa. U kien propju għalhekk li bosta stqarrew li “l-giddieb għomru qasir”.

Oħrajn jiddikjaraw li huma kbar l-ammonti tal-flus li qed jispiċċaw fil-bwiet tal-ftit..fil-bwiet ta’ dawk fil-poter jew li huma qrib ta’ xi esponent tal-Labour.

Intant, il-Ministri ta’ Robert Abela għadhom ma ċaħdux in-nefqa eżorbitanti ta’ 14-il miljun ewro fuq il-Film Festival u l-attivitajiet li dan iġib miegħu…b’bosta anke jesprimu t-tħassib tagħhom u jiddeskrivu l-imġieba tal-Gvern bħala waħda arroganti