Propju ftit tal-mumenti ilu għal ħabta tal-ħdax u kwart ta’ dalgħodu, taħt il-mini ta’ Santa Venera fid-direzzjoni lejn il-Marsa seħħ inċident.
Id-direzzjoni lejn in-naħa t’isfel tinsab magħluqa, filwaqt li d-direzzjoni lejn in-naħa ta’ fuq hija miftuħa għat-traffiku b’karreġġjata lejn in-naħa ta’ fuq u karreġġjata lejn in-naħa t’isfel.
Il-persuna involuta fl-inċident huwa żagħżugħ Taljan ta’ 19-il sena li jgħix ir-Rabat Malta.
Huwa pprova jgħaddi minn bejn żewġ vettur, tilef il-bilanċ u waqa’.
Iż-żagħżugħ kien qed isuq mutur tal-għamla Yamaha.
Huwa ttieħed għall-kura l-isptar Mater Dei, bil-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.
