Lokali

Konsiderazzjoni ta’ commission għall-ħaddiema tar-Ryanair li jaqbdu passiġġiera b’bagalja ta’ daqs akbar

Il-kumpanija Rynair riċentament qed tikkunsidra sabiex tibda tikkumpensa lill-ħaddiema li jaqbdu lil dawk il-passiġġiera li jitilgħu l-ajruplan b’baglja akbar milli r-regolament tar-Rynair jippermettu.

L-intenzjoni wara din il-kunsiderazzjoni hija sabiex taqta’ l-abbuż li jsir minn xi passiġġiera li ma jimxux mar-regoli tal-kumpanija.

Ġurnali internazzjonali tennew li l-linja tal-ajru ser tkun qed tagħti madwar €1.50 lill-ħaddiema għal kull bagalja kbira li jaqbdu tiela’ fuq l-ajurplan – bil-massimu li jistgħu jaqilgħu minn din il-mozzjoni jkun l-ammont ta’ €80 fix-xahar.

Il-passiġġier li jinqabad bil-bagalja kemxejn akbar milli suppost, irid iħallas l-ammont ta’ €75 għal kull bagalja. Huwa jkollu wkoll jibgħatha mal-ajruplan minflok itellagħha miegħu.

Dan il-ħlas ilu jingħata lill-ħaddiema għal diversi snin u jidher li l-għan biex iżid il-ħlas lil kull ħaddiem huwa sabiex jeliminaw bagalji kbar mal-passiġġiera.