Il-Forti ta’ Manoel Island kienet mikrija fuq bażi kummerċjali għall-Mediterrane Film Festival.
Dwar Forti ta’ Manoel Island wieġeb il-Ministru Owen Bonnici għal mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Julie Zahra li staqsiet lill-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali jgħid jekk Manoel Island kinitx mikrija għall-Mediterrane Film Festival, u jekk iva, b’kemm inkriet.
Id-Deputat Nazzjonalista staqsiet ukoll lill-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali jgħid ukoll jekk hemmx qbil rigward salarji u overtime li jitħallsu l-ħaddiema li jaħdmu bħala drivers matul il-ġbid ta’ films varji f’pajjiżna; jekk id-drivers li jaħdmu waqt il-ġbid ta’ films humiex intitolati għal food allowance ukoll bħall-ħaddiema oħrajn li jkunu fuq is-set; rendikont ta’ kemm tħallas jew ser jitħallas kull supplier li ntuża biex jittella’ l-Mediterrane Film Festival; kemm kienet in-nefqa fuq akkomodazzjoni u titjiriet għal kull mistieden li kien invitat matul il-Mediterrane Film Festival u dawk għall-Malta Bee Awards u jagħti rendikont separat.
Dwar il-Golden Bee Award Julie Zahra staqsiet ukoll dwar il-lista tal-mistednin kollha li kienu mistiedna għall-Golden Bee Awards ta’ din is-sena;
Il-Ministru Bonnici qal ukoll li fiż-żmien li ġej ser jiġu ppubblikati rapporti annwali relatat ma’ dawn l-avvenimenti. Fit-tweġibiet li ta fil-Parlament, qal ukoll li ma jħossx li għandu jagħti l-lista tal-mistednin kollha mistiedna għall-Golden Bee Awards ta’ din is-sena minħabba diversi raġunijiet marbuta mal-privatezza tal-individwi.
//= $special ?>