Kien hemm 1,347 persuni li reġgħu saru reċidivi u reġgħu daħlu l-ħabs, wara li kienu ħarġu għax skontaw is-sentenza, mill-2020 sal-lum.
Dan ikkofermah fil-Parlament Byron Camilleri għal mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo.
Jirriżulta li fl-2020 kien hemm 273 priġunier; fl-2021 252; fl-2022 kien hemm 223; fl-2023 218 u s-sena li għaddiet kien hemm 192. Fl-ewwel sitt xhur ta’ din s-sena diġà kien hemm 189 priġunier li reġa’ sar reċidiv u reġa’ daħal il-ħabs, wara li kien ħareġ.
Jirriżulta wkoll minn mistoqsija oħra tad-Deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol, li mill-2020 sal-lum fil-Faċilità Korretiv ta’ Kordin, fil-ħabs, mietu sitt persuni li kienu qed jiskontaw sentenza.
//= $special ?>