Lokali Parlament

173 inċident tat-traffiku f’sena fil-Gudja

L-inċidenti tat-traffiku li seħħew f’Marsaxlokk, f’Ħal Għaxaq, f’Santa Luċija u fil-Gudja fis-sena 2024 kien ta’ 384, bl-aktar inċidenti seħħew fil-lokalità tal-Gudja b’total ta’ 173.

Jirriżulta li f’Marsaxlokk kien hemm total ta’ 94 inċident li 85 kieni indirizzati mil-LESA; f’Ħal Għaxaq kien hemm total ta’ 81 li 66 kienu indirizzati minn uffuċjali tal-LESA u f’Santa Luċija saru 36 inċident li minnhion 32 kienu indirizzati mil-LESA. Mill-inċidenti li seħħew fil-Gudja 146 kienu indirizzari mil-LESA.

L-ammont ta’ inċidenti li seħħew f’awn il-lokalitajiet ingħataw mill-Ministru Byron Camilleri fil-Parlament għal mistoqsijiet tad-Deputat Nazzjonalista Carmelo Mifsud Bonnici.