Futbol Sport

Arsenal jilħqu ftehim ma’ Sporting Lisbon għall-akkwist ta’ Viktor Gyokeres

(Ritratt: EPA)

Arsenal laħqu ftehim ma’ Sporting Lisbon sabiex jakkwistaw lill-attakkant Żvediż ta’ 27 sena Viktor Gyokeres.

Gyokeres mistenni jissieħeb mal-Gunners fil-jiem li ġejjin wara ġimgħat ta’ diskussjonijiet fit-tul ma’ Sporting. Jihder li s-somma se tkun viċin €70 miljun.

L-attakkant Żvediż mill-bidu wera x-xewqa li jissieħeb ma’ Arsenal fejn saħansitra rrifjuta li jinżel għat-taħriġ ma’ Sporting. Matul l-istaġun li għadda hu skorja numru ta’ gowls impressjonanti fejn skorja 68 gowl f’66 partita.

L-akkwist ta’ Gyokeres huwa l-ħames wieħed għat-tim ta’ Mikel Arteta matul dan is-suq tat-trasferimenti hekk kif diġa akkwistaw lil Kepa, Martin Zubimendi, Christian Norgaard u Cristian Mosquera.