Team Malta kellu bidu b’saħħtu fil-European Youth Olympic Festival b’wirjiet tajbin mill-atleti li ġarrew il-bandiera Maltija fiċ-ċerimonja tal-ftuħ Bidu – Thea Parnis, Coleiro (Atletika) u Jeremy Gatt (Badminton) fl-ewwel jum tal-kompetizzjoni.
Fl-atletika, Thea Parnis Coleiro ħadet sehem fil-heats tal-100m tan-nisa. B’ħin ta’ 12:06 hija rnexxielha tgħaddi għas-semifinali, li saret aktar tard filgħaxija. Għalkemm fis-semifinali rnexxiela ttejjeb il-ħin tagħha għal 11:91, dan ma kienx biżżejjed biex tgħaddi għar-round finali.
Fil-badminton, Jeremy Gatt lagħab fi Grupp 3 tal-istadju tal-logħob fi gruppi, fejn ta prestazzjoni determinata kontra Samuel Fodor mis-Slovakkja. Wara li tilef l-ewwel set b’mod minimu 22-24, Gatt reġa’ lura b’saħħtu u rebaħ iż-żewġ sets ta’ wara 21-17, 21-17, biex kiseb rebħa diffiċli iżda mistħoqqa. Aktar tard filgħaxija, Gatt affaċċja lid-Daniż Maxi Kaufmann. Id-Danimarka, magħrufa għas-saħħa tagħha fil-badminton, rat lil Gatt jitħabat kontra Kaufmann li kien għadu ma tilef ebda logħba. Gatt temm il-ġurnata b’telfa ta’ 2-0 (21-13, 21-10) u fit-tielet post fil-klassifika tal-Grupp tiegħu.
Jeremy Gatt se jkun fl-azzjoni għal darb’oħra t-Tlieta 22 ta’ Lulju meta jiltaqa’ ma’ Deeptanshu TOKA (NOR) fis-1300hrs u ma’ Zisis PEGIOS (GRE) fil-1700hrs. Il-logħbiet kollha qed jixxandru live fuq https://eoctv.org/live/
Bidu pożittiv għal Team Malta fil-European Youth Olympic Festival
