Futbol Sport

Dynamo Kyiv superjuri għal Ħamrun Spartans

(Ritratt: Joseph Galea)

Ħamrun S……………….0

D. Kyiv………………………3

Ħamrun S.: H. Bonello, V. Polito (M. El Fanis 37′), E. Marcelina, O. Bjelicic, R. Camenzuli (G. Adragna 87′), R. Petrilio Compri (N. Micallef 87′), J. Cadenovic, Eder (S. Thioune 73′), J. Mbong, D. Simkus, N. P. Koffi (S. Xerri 73′)

D. Kyiv: R. Neshcheret, O. Tymchyk, D. Popov, T. Mykhavko, V. Dubinchak, O. Pikhalyonok (M. Shaparenko 66′), M. Mykhaylenko, V. Buyalskyi (V. Brazhko 79′), A. Yarmolenko (N. Voloshyn 66′), V. Vanat, V. Kabayev (M. Ponomarenko 79′)

Referee: C. Soto Grado (Spanja)

Fit-Tony Bezzina Stadium, fit-tieni rawnd ta’ kwalifikazzjoni tal-UEFA Champions League, Dynamo Kyiv kienu b’saħħithom wisq għal Ħamrun Spartans meta ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 3-0.

It-tim Ukren mar fil-vantaġġ wara biss 13-il minuta permezz ta’ Vladyslav Vanat. Ħamrun daħlu aktar fil-partita u kien biss fis-76 minuta li Dynamo Kyiv għamluhom 2-0. Lejn it-tmiem, Dynamo Kyiv komplew ikabbru l-iskor għal 3-0 b’gowl ta’ Nazar Voloshyn.