Futbol Sport

Floriana jitilfu kontra Ballkani iżda jibqgħu jittamaw

Ballkani…………………….4

Floriana…………………….2

Ballkani: A. Iljazi, G. Smajli, B. Jashanica, I. Batarelo, A. Potoku (E. Letaj 79′), A. Deliu (W. Hamidi 72′), Giovanni, A. Diene, B. Tolaj (L. Kolgeci 90′), S. Adetunji, A. Kryeziu

Floriana: G. Cioletti, A. Garzia (O. Spiteri 80′), L. Lopez, I. Mendoca, G. Gamarra, C. M’Mombwa, D. Vella (Z. Scerri 66′), J. Grech, F. Varela, M. Jah (T. Glisovic 80′), M. Veselji

Referee: G. Bogar (Ungerija)

Floriana tilfu bl-iskor ta’ 4-2, barra minn darhom kontra t-tim mill-Kossovo Ballkani. Ħames gowls minn sitta kienu skrojati fl-ewwel taqsima. Riżultat li jħalli lil Floriana jittamaw li l-ġimgħa d-dieħla f’pajjiżna jkunu jistgħu jdawwru r-riżultat.

Kienu Floriana li marru fil-vantaġġ wara tmien minuti permezz ta’ penalty ta’ Jake Grech. Immedjata r-risposta ta’ Ballkani hekk kif fit-13-il minuta kien Bleart Tolaj li għamel l-iskor 1-1. Mustapha Jah reġa poġġa lil Floriana fil-vantaġġ fil-25 minuta. Żewġ minuti biss wara kien Sunday Adetunji li għamilhom 2-2 qabel ma’ Tolaj għal darb’oħra poġġa lil Ballkani għall-ewwel darba fil-vantaġġ f’din il-partita.

Ballkani skorjaw ir-raba’ gowl tagħhom f’din il-partita fis-76 minuta meta kien Adetunji li skorja t-tieni gowl personali tiegħu għal skor finali ta’ 4-2.