Lokali Temp

F’pajjiżna t-temperatura tilħaq l-40 grad celsius

Nixfa, sħana u temperaturi rekord. It-temperatura tilħaq l-40 grad celcius – u fil-ħin ta’ nofsinhar bdiet tinħass anke 42 grad.  

It-temperaturi estremi fl-Ewropa qed ikomplu jaħkmu numru ta’ pajjiżi – bit-temperaturi għoljin jilħqu wkoll lill-pajjiżna.

Tant li d-direttortat tas-saħħa qed jibgħat ukoll avviżi  sabiex wieħed jevita li jkun barra mill-11am sal-4pm, speċjalment dawk vulnerrabli.

Fil-jiem li ġejjin, it-temperaturi fil-Gżejjer Maltin se jkomplu jaqbżu l-40 grad celcius fl-isfond ta’ mewġa tas-sħana li qed jesperjenza n-Nofsinhar tal-Ewropa.

Fil-fatt skont it-tbassir tal-Uffiċċju Meterjoloġiku, fil-jiem li ġejjin l-ogħla temperatura kapaċi anke tilħaq t-42 gradi Celsius, fid-dell.

Bit-temperatura tinħass aktar fix-xemx anke meta wieħed jikkunsidra elementi oħra bħar-riħ u l-umdità.

It-temp xemxi u sħun ta’ bħalissa se jkun rifless ukoll fl-indiċi tar-raġġi UV, li attwalment qed ikejjel 11, iżda matul il-jiem kapaċi jlaħħaq 12.

Intant fil-jiem sajfin għexieren ta’ nies qed ikomplu jinvadu l-bajjiet Maltin sabiex, f’nofs din il-mewġa ta’ sħana, ikunu jistgħu jifriskaw fil-baħar. Liema baħar però wkoll laħaq temperaturi għoljin, tant li ġiet irreġistrata temperatura ta’ 28 grad.