Il-komunitajiet fil-Majjistral taċ-Ċina huma urtati għall-għexieren tal-uffiċjali provinċjali u ħaddiema fl-isptarijiet li pruvaw jaħbu skandlu ta’ ivvelenar kollettiv …Dan wara li mijiet ta’ tfal mardu bl-effetti ta’ lead poisoning u meta issa sar magħruf li l-uffiċjali manipulaw it-testijiet td-demm għall-istudenti velenati li jattendu kindergarten fil-belt ta’ Tianshui.
L-investigazzjoni uffiċjali żvelat li l-uffiċjali tal-muniċipalità aċċettaw li jixxaħħmu minn persuna li investiet il-flus fil-kindergarten u meta baqgħu ma sarux l-ispezzjonijiet għas-sigurtà tal-ikel f’numru ta’ pre-schools u kumplessi simili.
Instab li l-kampjuni tal-ikel kien fihom traċċi taċ-ċomb ekwivalenti għal ‘2,000 darba aktar mil-limitu stabbilit għall-ħarsien tas-saħħa’.
Fost l-arrestati f’dan l-iskandlu dwar l-ikel tossiku, kien hemm il-prinċipal tal-kingederten, numru ta’ koki u wieħed mll-investituri.
Dan waqt li numru sostanzjali ta’ uffiċjali qed jiffaċċjaw ‘il-proċeduri formali’, b’oħrajn jispiċċaw taħt proċess ta’ ‘investigazzjoni dixxiplinarja’.
//= $special ?>