Futbol Sport

It-tim tan-nisa tal-Ingilterra fil-finali tal-EURO 2025

(Ritratt: EPA)

L-Ingilterra kisbu post fil-finali tal-Kampjonati Ewropej tan-nisa li qed isiru fl-Iżvizzera meta fis-semifinali għelbu lill-Italja 2-1 wara l-ħin barrani biex b’hekk għadhom biċ-ċans li jiddefendu dan it-titlu.

Kienu l-Italja li marru fil-vantaġġ fit-33 minuta permezz ta’ Barbara Bonansea. Bil-partita dehret li se tintemm b’dan ir-riżulata, it-tim Ingliż ġab id-draw permezz ta’ Michelle Agyemang.

B’dan il-gowl marret għall-ħin barrani u kien fil-119-il minuta li l-Ingilterra skorjaw il-gowl li poġġijhom fil-finali. Kienet Chloe Kelly li wara li rat l-penalty tagħha salvat, mir-rebound, l-istess Kelly ma żbaljatx biex poġġiet lil pajjiżha fil-finali għal darb’oħra.

Intant fit-tieni semifinali, għada Spanja jilagħbu kontra l-Ġermanja.