Lokali

“Itolbu għal Baby Noah imbagħad għalina” – Simon Mizzi…missier it-tifel li waqa’ f’pool

Missier it-tifel ta’ sena u erba’ xhur li waqa’ f’pool fix-Xagħra, Simon Mizzi, appella għat-talb tal-poplu Malti, filwaqt li rringrazzja lil dawk kollha li kkuntattjawh b’modi varji.

Simon Mizzi aċċena wkoll sabiex il-poplu jingħaqad f’talb ġieħ il-Madonna ta’ Pinu. Filwaqt li saħaq li anke jekk seħħew “żewġ mirakli żgħar” xorta waħda għad hemm bżonn ta’ ħafna assistenza u talb.

Intant hu reġa’ rringrazzja lil pubbliku tas-sapport lejn il-familja kollha tiegħu, b’mod speċjali lejn uliedu u l-mara tiegħu.