Internazzjonali

L-Organizzazzjoni Dinija tas-Saħħa tikkundanna l-militar Lhudi

L-Organizzazzjoni Dinija tas-Saħħa ikkundannat bl-aħrax l-offensiva qalila tal-Iżraeljani f’Deir al-Balah, iz-zona fiċ-ċentru ta’ Gaza.

L-Organizzazzjoni qed tisħaq li waqt l-imsemmi attakk, ġew imġarrfa binjiet tal-organizzazzjoni tas-saħħa, dan apparti li ħaddiema tal-aġenzija fi ħdan in-Nazzjonijiet Uniti wkoll ġew trattati ħażin waqt l-evakwazzjonijiet.

Bil-Militar Iżraeljan għadu ma kkummentax fuq dawn l-allegazzjonijiet.

Iz-zona ta’ Deir al-Balah tilqa’ fiha numru ta’ refuġjati li kellhom jaħarbu kaġun tal-attakki mill-Militar Iżraeljan fuq il-partijiet l-oħra ta’ Gaza. Zona li tilqa’ fiha wkoll numru ta’ voluntiera umanitarji li qed jassistu l-problema akuta li hemm f’Gaza.

Bl-Organizzazzjoni Dinija tas-Saħħa tisħaq li l-poplu ta’ Gaza, fl-istess ħin, qed ikompli jbati mill-ġuħ akut meta l-Iżraeljani ftit qed jippermettu li t-trakkijiet tal-għajnuna jaqsmu lejn l-inħawi tat-territorju ffullati bil-familji. B’miljuni f’riskju ta’ malnutrizzjoni kbira.

Dan ukoll meta għaddejjin l-isparaturi qattiela fiċ-ċentri ta’ Gaza għad-distribuzzjoni tal-ikel u fejn kważi kuljum qed jirriżultaw dejjem akar vittmi ċivili.