Internazzjonali

Ozzy Osbourne ta’ Black Sabbath imut fl-eta ta’ 76 sena

Ozzy Osborune, il-kantant leġġendarju tal-heavy metal miet fl-eta ta’ 76 sena.

Dan kien ikkonfermat mill-familja tiegħu stess, permezz ta’ stqarrija emozjonanti fejn ħabru li huwa miet imdawwar bl-imħabba tal-għeżiez tiegħu.

Osbourne, il-kantant ikoniku tal-grupp Black Sabbath, kien pijunier tal-mużika heavy metal u magħruf għal kanzunetti klassiċi bħal Iron Man, Paranoid, u Crazy Train. Il-karriera tiegħu damet iktar minn ħamsin sena u wasslitu għal fama u rikonoxximent mondjali. #

Fis-snin riċenti, Osbourne, li twieled f’Birmingham, affaċċja diversi problemi ta’ saħħa, fosthom il-marda tal-Parkinson’s u kumplikazzjonijiet oħra f’saħtu wara li kien waqa’ fl-2019.

Minkejja dan, huwa irritorna fuq il-palk għal kunċert flimkien ma’ Metallica u Guns N’ Roses.

Lil hinn mill-mużika, Osbourne sar figura promininenti mad-dinja kollha permezz tas-serje televiżiva fuq MTV The Osbournes, li uriet il-ħajja tal-familja tiegħu ma’ martu Sharon u wliedhom. Huwa jħalli warajh lil martu Sharon, is-sitt ulied tiegħu, u diversi neputijiet. Il-wirt tiegħu bħala ikona mużikali jibqa’ ħaj għal dejjem.