Lokali Qorti

Probation għal tliet snin wara li ħebb għal ommu

Żagħżugħ ta’ 28 sena residenti Ħal Tarxien li qal fil-Qorti li jaħdem bħala xufier ingħata probation għal tliet snin wara li ammetta li ħebb għal ommu. Il-prosekuzzjoni qalet li huwa qabad lil ommu minn għonqu hekk kif beda’ jaġixxi b’mod stramb.

Kien fl-10 ta’ Lulju li għadda fejn ommu qalet dak li għadda mingħalija f’rapport li hija għamlet. Qalet li l-inċident seħħ għall-ħabta tas-1.30 am. meta huwa ħareġ mill-kamra tiegħu u ħa l-lożor tal-ħasil u beda joffendiha.

Wara mar u fetaħ il-friġġ u qabad flixkun imbid u qalilha li kien se jixorbu kollu b’vendikazzjoni. “Taħseb li ma ndunajrx x’qed tagħmilli?” Hi fil-pront weġbitu; “X’qed nagħmillek?” Dak il-ħin beda jqabbeż għajnejh u daħal f’kamaru,

Wara f’xi ħin ħareġ u qabadha minn għonqu u qalilha; “ara ma tgħidx lil xi ħadd jiġi għalija”, L-Ispettur Colin Sheldin li ressaq lill-akkużat qal lill-Qorti li meta mistoqsi, huwa qal li ma jafx li qalilha dan il-kliem. Wara huwa ta daqqa ta’ ponn il-friġġ.

L-għada il-vittma marret il-klinika u għamlet ċertikat mediku li rriżulta li kellha ġrieħi ħfief. Il-Prosekutur qal li kull meta marru d-dar biex jafrrestawh qatt ma sabuh hemm. Allura stennrwh imur għax-xogħol u marru u arrestawh.

L-Avukat tiegħu Yanika Barbara Sant, staqiet għaliex il-klijent tagħha ma tressaq biċ-ċitazzjoni. L-Ispettur Sheldon qal li ma ħax ir-riskju u dan wara li ommu marret tgħix f’xelter. Id-difiża qalet li ma kienitx qed tikkontesta Mhux l-validità tal-arrest.

L-akkużat mill-ewwel ammetta l-akkużi anke meta l-Maġistrat Ann Marie Thake tagħtu ftit taż-żmien biex jerġa’ jaħsibha. Huwa ammetta li minbarra li ħebb għal ommu, ikkaġunalha biża’ li se tintuża’ vjolenza kontriha, li heddidha u li ħareġ lil hinn mil-limiti tal-provolazzjoni.

Il-Qorti ħarġet ordni ta’ protezzjoni u ordni ta’ trażżin favur il-vittma għall-perjodu ta’ tliet snin u wissiet lill-ħati li jrid joqgħod għal dak li jgħidlu l-uffiċjal tal-probation u mportanti li jattendi kull meta jkun mitlub inkella jispiċċa jbati l-konsegwenzi. L-Avukat Lara Dimitrijevic dehret għall-vittma.