Raġel ta’ 73 sena residenti l-Qala, Għawdex, sab ruħu f’diffikultà waqt li kien qed jgħum fl-inħawi tal-Bajja tal-Ħondoq u miet aktar tard fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex
It-Tnejn għall-ħabta tas-sitta u nofs ta’ filgħaxija, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fl-inħawi tal-Bajja tal-Ħondoq, il-Qala, Għawdex.
Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li raġel ta’ 73 sena u residenti l-Qala, Għawdex, sab ruħu f’diffikultà waqt li kien qed jgħum. Xi nies li kien hemm fil-viċin taw l-ewwel għajnuna u tellgħu lir-raġel mill-baħar.
Il-vittma minnufih ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex b’ambulanza. Sfortunatament huwa kien iċċertifikat mejjet ftit tal-ħin wara.
ll-Maġistrat Simone Grech ġiet infurmata bil-każ u fetħet Inkjesta Maġisterjali.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.
//= $special ?>