Fit-32 Edizzjoni tal-World University Games li qed isiru fir-Rhine – Ruhr, fil-Ġermanja, kien reġistrat fl-atletika riżultat mill-aqwa minn Matthew Galea Soler.
Fil-heat tal-400 metru, fil-Lohr heide Stadion f’Bochum, Galea Soler temm fit-tielet post b’wirja impekkabbli fejn temm f’46.82 sekondi li huwa rekord nazzjonali ġdid.
Bil-ħin li għamel, Galea Soler li għad għandu 19-il sena, kiser ukoll ir-records nazzjonali fil-kategoriji Taħt l-20 sena u Taħt it-23 sena.
B’dan ir-riżultat, Galea Soler għadda għas-semifinali tal-400 metru.
//= $special ?>