ll-Ministeru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi jħaddem 34 avukat, filwaqt li hemm 6 avukati u 11-il kumpanija li ġew impjegati fuq bażi ta’ retainer. Dawn jaħdmu kollha fl-entitajiet tal-Ministeru.
Dam ikkonfermah il-Ministru Silvio Schembri meta wieġeb mistoqsija parlamentati tad-Deputat Nazzjonalista Chris Said li staqsa lill-Ministru għall-Ekonomija, l-Intrapriża u Proġetti Strateġiċi jelenka kemm hemm avukati full-time u/jew part-time, impjegati fl-entità tal-Ministeru u f’kull każ jgħid x’inhu l-grad tagħhom; u kemm hemm attwalment avukati jew ditti tal-avukati li mhux impjegati li qegħdin fuq bażi ta’ retainer, u f’kull każ jgħid liema huma d-ditti tal-avukati jew l-avukat konċernat.
Jirriżulta wkoll minn mistoqsija oħra u simili tad-Deputat Nazzjonalista Chris Said li fit-tliet entitajiet taħt id-dekasteru tal-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi hemm jaħdmu żewġ avukati, filwaqt li hemm tliet ditti legali li ġew impjegati fuq bażi ta’ retainer.
//= $special ?>