Tifel ta’ sena u erba’ xhur jinsab fil-periklu tal-mewt wara li sab ruħu f’diffikultà wara li waqa’ f’pixxina ta’ residenza privata.
It-Tnejn għall-ħabta tas-sebgħa u nofs ta’ filgħaxija, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq Ġnien Imrik, ix-Xagħra, Għawdex.
Il-Pulizija, flimkien ma’ tim mediku mill-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex marru minnufih fuq il-post, fejn hemmhekk sabu lit-tifel mitluf minn sensih.
Ambulanza ħaditu l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, u aktar tard, it-tifel ittieħed l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ħelikopter għal aktar assistenza medika.
Il-Maġistrat Simone Grech ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>