Il-persuni li tressqu l-Qorti matul is-sena 2024 b’rabta ma’ traffikar ta’ droga fl-ammont ta’ 300 gramma jew aktar kien ta’ 61 – tnejn minnhom fil-Qrati ta’ Għawdex.
Jirriżulta wkoll li l-każijiet ta’ dawk il-persuni mressqa l-Qorti b’rabta ma’ traffikar ta’ droga f’ammont ta’ inqas minn 300 gramma jinstemgħu mill-Qorti tal-Maġistrati bħala Qorti ta’ Ġudikatura Kriminali.
Dan intqal fil-Palament mill-Ministru Jonathan Attard, Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni meta wieġeb mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo.
//= $special ?>