Fi stqarrija uffiċjali, Robert Abela qal li l-għażla ta’ Helena Dalli għal Aġent-President saret “b’konsultazzjoni mal-Kap tal-Oppożizzjoni”. Dan meta l-fatti huma kompletament bil-kontra – bil-Prim Ministru jkompli jxerred din il-fake news.
Fuq Facebook, il-Kap tal-PN fakkar kif Robert Abela kellu d-dejn ma’ Helena Dalli. U għamel bħalma jagħmel dejjem. Uża lill-pajjiż biex iħallas djunu. “Għamel dan minn wara dahar kulħadd, f’nofs is-sajf. Fl-ebda ħin ma kkonsulta miegħi jew mal-Oppożizzjoni”.
Bernard Grech qal illi kien biss siegħa wara li l-media ħabbret li Helena Dalli se tinħatar Aġent President “li waslitli ittra mingħand il-Prim Ministru biex tgħidli proprju dan. Mhux biex jikkonsultani. Sempliċiment biex jinfurmani. U l-informazzjoni kienet diġà waslitli, kif waslet għand kulħadd – mill-media”.
“Robert Abela la jaf x’inhi għaqda u lanqas jaf xi tfisser konsultazzjoni. Jaf biss kif juża lil kollox u lil kulħadd biex jasal fejn jaqbel lilu. Issa anke l-Presidenza qed juża.”
//= $special ?>