Lokali Parlament

Aktar minn €2.5 miljun miġbura mill-Qrati

L-ammont ta’ flus miġbura minn sentenzi tal-Qorti matul is-sena 2024 kien €2,584,148 – €2,354,887.49 mill-Qrati tal-Maġistrati u mill-Qrati Kriminali ta’ Malta u l-ammont ta’ €229,261.11 mill-Qrati tal-Maġistrati ta’ Għawdex. L-ammonti indikati jirrappreżentaw multi, disprezzi u spejjeż tal-perizji.

Dawn iċ-ċifri ngħataw fil-Parlament mill-Ministru Jonathan Attard, Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni; meta wieġeb mistoqsia parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo.