Anzjana ta’ 74 sena residenti l-Gżira weġġgħet gravi wara li ntlaqtet minn karozza fil-Gżira.
L-inċident seħħ l-Erbgħa filgħodu għall-ħabta tad-9:15 fi Triq Tas-Sliema, il-Gżira.
Minn stħarriġ li sar irriżulta li l-anzjana ntlaqtet minn karozza, li kienet qed tinstaq minn anzjan ta’ 76 sena residenti San Ġwann.
Il-mara ngħatat l-għajnuna minn tim mediku, ittieħdet l-isptar Mater Dei b’ambulanza u ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>