F’Mejju li għadda d-dejn tal-Gvern ta’ Robert Abela diġà kien jammonta għal kważi €10.9 miljun. Dan ifisser żieda fuq dak li kien fil-bidu tas-sena meta sa Jannar id-dejn kien ta’ €10.5 biljun.
Jirriżulta li f’Jannar id-dejn kien ta’ €10,562,535 biljun; fi Frar kien €10,935,235 biljun; f’Marzu €10,794,073 biljun; f’April €10,835,142 biljun; waqt li f’Mejju żdied għal €10,884,347 biljun.
Dawn iċ-ċifri ngħataw fil-Parlament mill-Ministru tal-Finanzi Clyde Caruana għal mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Jerome Caruana Cilia.
//= $special ?>