Lokali Parlament

Il-bejgħ tal-passaporti ma kinx qed iħalli ġid fit-tul

Alex Borg, PN

Id-Deputat Nazzjonalista Alex Borg sostna fil-parlament li Il-bejgħ tal-passaporti ma kinx qed iħalli ġid fit-tul.

Alex Borg qal li dan l-abbozz ta’ liġi hu reazzjoni għad-deċiżjoni tal-Qorti Ewropea u żied li din id-deċiżjoni saħet fuq l-importanza ta’ rabta ġenwina.

Dan l-abozz issa qed jisħaq fuq rabta ġenwina, fuq l-appartinenza u fuq il-mertu. Il-PN dejjem saħaq fuq dawn il-punti u jemmen li ċ-ċittadinanza m’għadhiex tkun biss transizzjoni finanzjarja.

Alex Borg kompla li llu il-gvern irrikonoxxa dan il-punt u żied li ċ-ċittadinanza għandha tkun ta’ valur. Hu sostna li l-PN qed jilqa’ l-pass li qed jieħu l-gvern dwar iċ-ċittadinanza u qal li dan l-abbozz hu pass ‘il quddiem. L-iskema li kien hemm qabel ma kinitx qed tħalli ġid fit-tul iżda kienet biss transizzjoni finanzjarja.

Alex Borg fakkar is-settur ekonomiċi li ħolqu gvernijiet Nazzjonalisti u qal li dawn huma setturi li għadhom irendu sal-lum. Hu qal li dawk l-investituri barranin b’rabta ma’ Malta li jridu jinvestu f’Malta se jkunu qed jitressqu lejn il-pajjiż.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li pass importanti ‘l quddiem hu l-allineament mal-Ewropea wara d-deċiżjoni tal-Qorti Ewropea. Issa d-deċiżjoni tal-għoti taċ-ċittadinanza Maltija baqgħet f’idejn il-gvern Malti. Dan hu pass ‘il quddiem għall-ġenerazzjonijiet futuri li jilqa’ għal niċeċ ekonomiċi ġodda.

Hu qal li l-PN qatt ma kienet kontra l-ġid fil-pajjiż iżda favur ġid ġust għal kulħadd.