Mario de Marco, PN
Id-Deputat Nazzjonalista Mario de Marco sostna fil-parlament li l-gvern bidel l-iskema tal-passporti għax kien sforzat mill-Qorti Ewropea; mhux għax hekk jemmen.
Mario de Marco qal li mhuwiex minnu li l-PN bidel il-ħsieb tiegħu u żied li l-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja tad-29 ta’ April 2025 tispeċifika li bil-ħolqien tal-iskema tal-bejgħ tal-passaporti Malta naqset milli tirrispetta r-regoli tal-UE u tmur kuntrarju għall-obbligu ta’ Malta bħala membru tal-UE.
Dan il-PN qalu 13-il sena ilu u qed jerġa’ jgħidu llum għax iċ-ċittadinanza Maltija qatt ma kellha tkun għall-bejgħ, qal Mario de Marco, li kompla li l-gvern mhuwiex konvint minn dak li qed jagħmel iżda għax hekk hu mġiegħel b’ordni tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja.
Mario de Marco qal li t-tkabbir ekonomiċi ma jsirx billi jinbiegħu l-passaporti mill-Prim Ministru Malti jew billi ċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru jieħu l-kummissjoni mill-bejgħ tal-passaporti. Gvernjiet Nazzjonalisti kabbru l-ekonomija billi ħolqu setturi ekonomiċi ġodda, sostan Mario de Marco, li kompla li Malta m’għandiex terġa’ tispiċċa quddiem il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja; dan kollu seta’ ġie evitat.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li fil-passat gvernijiet Maltin kienu jagħtu ċittadinanza lil min verament jistħoqqlu u kien Gvern Laburista li wara l-2013 bidel dan il-kunċett u kisser il-prinċipju ta’ ċittadinanza bil-mertu u b’rabta ma’ Malta. Hu staqsa jekk l-Avviż Legali li se jkun pubblikat wara li tidħol il-liġi hux se jintrepreta l-kontribut u s-servizz eċċezzjonali għaliex jekk dan se jkun marbut ma’ kontribuzzjoni finanzjarja, allura Malta se jerġa’ jkollha l-inkwiet. Hu staqsa wkoll min u kif se jkun qed jinterpreta l-kunċett ta’ ‘interess nazzjonali’. Il-PN qed jipproponi li jkun il-President ta’ Malta li jieħu d-deċiżjoni dwar l-għoti taċ-ċittadanza wara rakkomandazzjoni tal-Kabinet tal-Ministri, sostna Matio de Marco.
//= $special ?>