Wara s-sentenza tal-Qorti Ewropea li kkundannat lill-Gvern Laburista dwar l-iskema tal-bjegħ tal-passaporti, il-gvern illejla ressaq abbozz ta’ liġi fil-parlament biex iwaqqaf il-bejgħ tal-passporti kif kien qabel. Quddiem dawn il-bidliet li għamel il-gvern, il-PN ressaq diversi emendi u qabel mal-abbozz ġdid dwar iċ-ċittadinanza.
L-Abozz ta’ Liġi li jemenda l-Att dwar iċ-Ċittadinanza tressaq mill-Ministru tal-Intern Byron Camilleri li fil-parlament spjega li l-gvern kien kostrett iwaqqaf il-bejgħ tal-passporti wara d-deċiżjoni tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja.
Għall-Oppożizzjoni tkellmu x-Shadow Ministers Darren Carabott, Alex Borg u Mario de Marco waqt li għall-gvern tkellem ukoll id-Deputat Laburista Alex Muscat.
L-abbozz ta’ liġi li ressaq il-gvern iwaqqaf il-programm tal-bejgħ tal-passporti wara li dan kien kundannat mill-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja u minfloku l-gvern daħħal skema li hi mibnija fuq għoti taċ-ċittadinanza Maltija bil-mertu b’mod partikolari għal persuni speċjalizzati bħal kirugi, sportivi, riċerkaturi u persuni oħra li jistgħu jagħtu kontribut għall-pajjiż.
Dawn huma l-prinċipji li l-PN dejjem saħaq fuqhom u sa mill-ewwel skema wissa lill-Gvern Laburista biex l-iskema taċ-ċittadinanza tkun waħda li ma tagħmilx ħsara lil Malta.
Minkejja dawn l-appelli, għal snin twal il-gvern Laburista baqa’ għaddej bl-iskema li kienet mibnija biss fuq transizzjoni finanzjarja u li ma kellha l-ebda rabta bejn min jieħu ċ-ċittadinanza u Malta. L-iskema tal-bejgħ tal-apsspaorti ġabet ukoll isem ħażin għal Malta hekk kif attirat lejha persuni minn barra l-UE li kellhom reputazzjoni ħażina internazzjonali.
Wara d-diskussjoni fit-Tieni Qari, l-abbozz mar għall-Kumitat li sar fil-plenarja. F’dan l-istadju l-Oppożizzjoni qablet mal-abbozz li kien approvat.
//= $special ?>