Il-Ministru Owen Bonnici ma qalx fil-Parlament kemm tħallsu l-aġenziji tal-public relations (PR) f’Londra u f’Los Angeles biex jintgħażlu persuni biex jiġu mistiedna jattendu l-Malta Film Festival. Lanqas ma ta rendikont tal-aġenziji separatament.
Il-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali qal biss li tweġiba tingħata f’xi seduta oħra tal-Parlament.
Il-Ministru Owen Bonnici qal dan fil-Parlament għal mistoqsijiet li għamlitlu d-Deputat Nazzjonalista Julie Zahra.