Sport

Is-16-il stadju tat-Tour de France

Wara waqfa ta’ ġurnata tkompliet il-112-il edizzjoni tat-Tour de France bis-16-il stadju fuq distanza ta’ 171.5 kilometri bejn Montpellier u Mont Ventoux, fejn wasal is-suċċess għal Valentin Paret Peintre’ ta’ Franza għal Soudal Quick Step li f’4 sigħat 3 minuti u 19-il- sekonda rebaħ bi sprint fuq l-Irlandiż Ben Healy ta’ EF Education Easy Post.

Fit-tielet post b’distakk ta’ 4 sekondi temm Santiago Buitrago tal-Kolumbja għal Bahrain Victorious.

Fil-klassifika ġenerali wara li saru 16 mill-21 stadju tat-Tour, fl-ewwel post baqa’ s-Sloven Tadej Pogacar għal UAE Team Emirates b’total ta’ 58 siegħa, 24 minuta u 46 sekonda fejn fetaħ vantaġġ ta’ 4 minuti u 15-il sekonda fuq Jonas Vingegaard tad-Danimarka għal Team Visma Lease a Bike, u disatakk ta’ 9 minuti u 3 sekondi fuq il-Ġermaniż Florian Lipowitz għal Red Bull Bora Hans Groche.

Fir-raba’ post b’distakk ta’ 11-il minuta u 4 sekondi tela’ l-Britanniku Oscar Onley għal Team Picnic Post.

Is-17-il stadju huwa l-ewwel mis-serje tal-aħħar stadji fuq rotta ta’ 160.4 kilometri bejn Bollene u Valence.