It-trasferiment tal-attakkant internazzjonali Ingliż, Marcus Rashford b’self għal staġun, mingħand Manchester United għal ma’ Barcelona fi Spanja, kien finaliżżat matul il-ġurnata tal-lum.
Iċ-champions ta’ La Liga, Barcelona akkwistaw lil Rashford bl-għażla li wara staġun jistgħu jiffirmawħ għal kollox, għas-somma ta’ €35 miljun.
Barcelona se jħalsu s-salarju ta’ Rashford fiż-żmien li dan se jkun misluf lilhom, wara li l-Ingliż ta’ 27 sena aċċetta tnaqqis fil-paga tiegħu.
Bid-deċiżjoni meħuda minn Manchester United li jċedu lil Rashford b’self għal sena, hu mifhum li l-klabb Ingliż se jkun qed jiffranka bejn £12 u £15-il miljun f’salarji.
Din se tkun l-ewwel darba għal Rashford li mhux se jkun qed jilgħab fil-Premier League Ingliż. Rashford diġa’ beda’ jitħarreġ mat-tim Spanjol u mistenni jkun inkluż parti mill-iskwadra ta’ Barcelona li għada, il-Ħamis, se tkun qed tivvjaġġa lejn il-Ġappun għal tour ta’ qabel l-istaġun fl-Asja.
//= $special ?>