Sport Waterpolo

Marsaxlokk jibqgħu b’punti massimi u rebħa komda għal Birżebbuġa fl-Ewwel Diviżjoni

(Ritratt: Catriel Farrugia)

MARSASKALA OPTIMA……… 15

MARSAXLOKK MFF……………. 22

(4-6), (3-6), (2-4), (6-6)

Rebħa oħra għal Marsaxlokk MFF li b’hekk baqgħu komdi fil-quċċata b’punti massimi wara tmien logħbiet. Għal Marsaskala naqqset il-possibbiltà li jispiċċaw fit-tieni post qabel il-play-offs. Marsaxlokk bnew vantaġġ ta’ 4-1 sa mill-ewwel sessjoni għalkemm Maraskala naqqsu d-distakk għal 6-4 sa tmiem is-sessjoni.

Ix-Xlukkajri nqatgħu minn mal-avversarji fit-tieni sessjoni b’doppjetti ta’ Jamie Borg Tabone u Nikola Bogdanovic u gowl ta’ Ryan Galea li kabbru d-distakk għal 12-5. Minkejja doppjetta ta’ Gergo Kovacs lejn tmiem is-sessjoni, Marsaxlokk komplew jiddominaw fil-bidu tat-tielet sessjoni. Il-logħba trasformat aktar f’sessjoni ta’ taħriġ biż-żewġ plejers barranin ikomplu jispikkaw f’taqtigħa għal min jispiċċa l-logħba bħala l-aqwa skorer.

Marsaskala: A. Muscat, D. Ciantar, T. Fenech (1), J. Pace Mizzi (1), N. Spiteri, R. Greco, M. Agius, G. Kovacs (9), K. Grech (2), G. Sammut (1), M. Curmi (1), T. Camilleri, L. Gatt, N. Rizzo

Marsaxlokk: J. Micallef, M. Lanzon (3), N. Bogdanovic (8), A. Aquilina, R. Spiteri, L. Montebello Brownrigg (1), S. Mifsud (1), J. Pawley, R. Galea (4), J. Borg Tabone (3), A. Fava, A. Cook (2), M. Brimmer, J. Cauchi

Referees: Francesco Romolini, Stefan Licari

BARRACUDAS……………….. 4

BIRŻEBBUĠA………………… 13

(0-3), (3-2), (1-5), (0-3)

Birżebbuġa rritornaw għar-rebħ bi tliet punti kontra Barracudas u resqu pass bogħod li jikkwalifikaw għall-play-offs. Gowls fl-ewwel sessjoni ta’ Nikola Bursac, Jake Ciantar u Marco Mannino taw vantaġġ komdu lit-tim ta’ Edward Aquilina. Reazzjoni minn Barracudas fit-tieni sessjoni wasslet biex qatgħu d-distakk għal 4-3 sakemm Max Aquilina rdoppja l-vantaġġ lejn tmiem is-sessjoni.

Minkejja li Birżebbuġa baqgħu jikkontrollaw il-logħba, Barracudas xorta baqgħu fil-logħba sakemm gowls ta’ Miguel Cassar u Jake Ciantar fl-aħħar minuta u nofs tat-tielet sessjoni, aċċertaw mill-massimu tal-punti. Huma komplew ikabbru l-marġni fl-aħħar sessjoni għal rebħa komda.

Barracudas: A. Micallef, L. Bowman, L. Schiavone (1), N. Farrugia (1), J. Schembri Young, S. Apap, M. Abdilla, L. Pursehouse (1), M. Guidi, I. Schembri, J. Dimech (1)

Birżebbuġa: M. Sladden, M. Aquilina (2), M. Cassar (1), N. Bursac (2), J. Ciantar (3), I. Galea, J. Abdilla, N. Saliba, D. Farrugia (1), M. Cutajar (1), M. Mannino (2), N. Bugelli (1), S. Livori, J. Saliba

Referees: Jonny Richards, Luke Galea

L-Ewwel Diviżjoni

LRDTFKPti
Marsaxlokk880015210124
Otters851212210016
Birżebbuġa840411410312
Marsaskala840411511712
Ta’ Xbiex82151061138
Barracudas8008671420
* 2 punti għar-rebbieħ u punt għat-tellief jekk logħba tintemm draw u tiġi deċiża bil-penalties

Logħob li jmiss

Il-Ġimgħa 25 ta’ Lulju: Barracudas v Otters 6.00pm, Birżebbuġa v Marsaskala 7.15pm

Is-Sibt 26 ta’ Lulju: Marsaxlokk vs Ta’ Xbiex 5.30pm