Internazzjonali

“Qed imutu bil-ġuħ” – tikber il-kriżi umanitarja f’Gaza

Mal-100 aġenzija li jaħdmu ma’ persuni fil-bżonn qed iwissu dwar in-nuqqas kbir ta’ ikel fil-Medda ta’ Gaza. Dan hekk kif qed ikomplu l-attakki minn naħa tal-qawwiet Iżraeljani.

Ilbieraħ, l-uffiċjali tal-Hamas irrappurtaw li mat-33 persuna mietu fl-aħħar jumejn minħabba nuqqas ta’ provvisti. Fost dawn hemm 12-il tifel u tifla.

Qed jingħad ukoll li ‘l fuq minn elf persuna nqatlu waqt li kienu qed jistennew li jingħataw l-ikel miċ-ċentri tad-distribuzzjoni li qed jitmexxew minn Iżrael.